​Ritratti: L-Arċisqof iżur il-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata

L-Arcisqof Charles Scicluna ghamel Viżta Pastorali fil-Parrocca ta’ Marija Annunzjata f’Hal Balzan, bejn is-Sibt 3 u t-Tnejn 5 ta’ Frar.
Fi stqarrija, il-Kurja qalet li waqt il-Viżta Pastorali l-Arcisqof kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-istudenti u l-edukaturi tal-Iskola Primarja tal-Kullegg San Alwigi, mal-anzjani f’Casa Antonia, mal-vittmi ta’ vjolenza domestika f’Dar Merħba Bik u mal-pazjenti li qed jirċievu kura paljattiva mill-Hospice Malta.
Mons. Scicluna ltaqa’ wkoll ma’ familji refuġjati residenti fil-Parroċċa ta’ Ħal Balzan, u mas-saċerdoti u r-reliġjużi li jagħtu sehem fil-Parroċċa. Huwa pparteċipa f’laqgħat ta’ djalogu mal-Kunsill Lokali, mat-tfal, mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ, u mal-operaturi pastorali tal-Parroċċa.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=d2e5xIKKxyU]
[youtube https://www.youtube.com/watch?v=YbeQMbAYBRE]

Ritratti: Il-Kurja