​Ritratti: L-Arċisqof iqatta’ ħin ma’ studenti, anzjani u familji f’Ħ’Attard

L-Arċisqof Charles Scicluna ltaqa’ ma’ studenti u edukaturi tal-Iskola Primarja tal-Kulleġġ San Nikola, anzjani fid-Dar Santa Katerina, familji f’diffikultà, saċerdoti u reliġjużi fil-parroċċa, waqt il-Viżta Pastorali f’Ħ’Attard li ntemmet ilbieraħ.
L-Arċisqof ipparteċipa wkoll f’laqgħat ta’ djalogu mal-Kunsill Lokali, mat-tfal, mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ, u mal-katekisti u l-operaturi pastorali tal-parroċċa.
Ritratti: Kurja – knisja.org/ritratti