Ritratti: L-Arċisqof imexxi l-pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor

L-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna kmieni llum mexxa l-pellegrinaġġ tradizzjonali fiż-Żejtun mill-Kappella ta' San Klement sal-Kappella ta' San Girgor.
Il-pellegrinaġġ ta' San Girgor ilu jsir mis-seklu 16 u tradizzjonalment kien isir bħala ringrazzjament lil Alla talli ħeles lill-gżejjer Maltin mill-ħakma tal-pesta.
Matul il-pellegrinaġġ l-Arċisqof sellem lil għadd kbir ta’ nies u kellem lil ħafna tfal li nġabru fit-toroq.
Fil-pjazza biswit il-Kappella ta’ San Girgor instema’ l-għana spirtu pront mad-daqq tal-kitarra qalb kostumi u lwien Maltin.
Skont it-tradizzjoni, dan il-pellegrinaġġ isir fl-ewwel Erbgħa wara l-Għid.
Ritratti: Ian Noel Pace