Ritratti: Jamministra s-sagramenti tal-bidu tal-ħajja Nisranija

Ritratti: knisja.mt/ritratti

L-Arċisqof Charles Scicluna beda viżta pastorali f’Raħal Ġdid.

Mons. Scicluna ċċelebra quddiesa fil-knisja parrokkjali. Matulha, amministra s-sagramenti tal-bidu tal-ħajja Nisranija. Wara, l-Arċisqof iltaqa’ ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

Il-viżta bdiet b’aħbar speċjali għall-parroċċa. Dan għaliex il-Knisja monumentali ta’ Kristu Re fir-Raħal l-Ġdid se tingħaqad mal-knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl fir-Rabat u se jibda l-proċess biex tiġi elevata għal Bażilika.

Jibda l-proċess biex il-Knisja ta’ Kristu Re ssir Bażilika