Ritratti: L-Arċisqof f’Burmarrad mat-tfal u l-familji

Fi tmiem il-ġimgħa, l-Arcisqof Charles Scicluna għamel Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija, f’Burmarrad.
Waqt il-Vizta Pastorali, l-Arcisqof kellu l-opportunità jiltaqa’ mat-tfal, l-adolexxenti, il-familji żgħażagħ u l-patrijiet Franġiskani Konventwali tal-parroċċa.
L-Arcisqof iltaqa’ wkoll mal-komunità ta’ Burmarrad waqt laqgħa soċjali fil-każin tal-futbol ta’ Burmarrad.