Ritratti: L-aqwa atleti jippużaw għal ritratt tal-Milied

Huwa żmien ta’ ferħ u ċelebrazzjoni, u l-aqwa atleti ma żammewx lura milli juru l-mod ta’ kif qed jiċċelebraw dawn iż-żminijiet.

Il-leġġenda ta’ Barcelona Lionel Messi ippoża flimkien ma’ martu Antonella Roccuzzo u t-tfal quddiem is-siġra tal-milied bil-pyjama.

Mill-banda l-oħra, Ronaldo ippoża għal ritratt ma’ familtu ħdejn il-baħar. Jidher li ltaqgħu ukoll ma’ Santa Klaws.

Il-plejer ta’ Manchester United Paul Pogba ħa ritratt ma’ martu Maria u binhom ta’ ftit xhur.

L-eks rebbieħ tal-UFC Conor McGregor ippoża mas-sieħba tiegħu Dee Devlin u ż-żewġt it-tfal.

Mayweather bla l-ebda’ dubju ħa ritratt jgħodd il-flus quddiem is-siġra tal-Milied wara li ġurnata qabel sar magħruf li kien hu li qala’ l-akbar ammont ta’ flus f’dan id-diċenju.