Ritratti: L-anzjani kif iċċelebrawh il-Karnival?

L-għaqda ACTive Age Malta, organizzat bosta attivitajiet mat-tema tal-Karnival fi djar tal-anzjani fejn għenithom iqanqlu ftit mill-memorji tal-passat, filwaqt li jgħaddu ftit żmien jidħku flimkien.
Waqt is-sessjoni ‘Memorji tal-Karnival’, ACTive Age Malta tkellmet ma’ bosta anzjani dwar l-istorja tal-Karnival.
Waqt l-attività, anzjana partikolari ddeċidiet li turihom inkwatru li kellha fil-kamra tagħha li fih kien hemm ritratti ta’ meta kienet tipparteċipa fil-Karnival.
Oħrajn irrakkuntaw iż-żmien meta kienu jiżfnu fuq il-karrijiet.
ACTive Age Malta torganizza bosta proġetti sabiex ilissnu tbissimha fuq l-uċuh tal-anzjani. L-attivitajiet organizzati jinkludu kemm dawk fiżikali, kif ukoll soċjali, kreattivi u għall-iżvilupp emozzjonali.
Ritratti: ACTive Age Malta