Ritratti: L-Animal Welfare assistiet 420 annimal f’Għawdex

MGOZ - George Scerri

Is-sezzjoni tal-Animal Welfare f’Għawdex assistiet aktar minn 420 annimali abbandunati madwar il-gżira matul is-sena li għaddiet skont il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.

Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex qal li llum fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Franġisk, il-patrun tal-annimali, iddedika ħin għal attivitajiet immirati għat-tfal tal-iskola bil-għan li tkompli tiżdied l-attenzjoni lejn il-ħarsien tal-annimali. Saret esebizzjoni mill-klieb tal-Korp tal-Pulizija u kien hemm sessjonijiet informattivi dwar it-trobbija u l-ħarsien tal-annimali.

Justyne Caruana inawgurat faċilità oħra biex l-annimali jkollhom aktar spazju fejn jimirħu waqt li jkunu qed jistennew għall-adozzjoni.