Ritratti: L-Ambaxxatriċi Amerikana mal-istudenti Għawdxin

p.p1 {margin: 0.0px 0.0px 0.0px 0.0px; font: 12.0px ‘Helvetica Neue’; color: #454545}

L-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta Kathleen Hill żaret l-iskola tas-Sixth Form ta’ Għawdex filwaqt li ppreżentat numru ta’ kotba għal-librerija tal-iskola.
Il-kotba ppreżentati huma mmirati għal dawk l-istudenti li jkunu jixtiequ jkompli l-istudji tagħhom fl-Istati Uniti.
Matul iż-żjara tagħha f’din l-iskola, hija daħlet fil-klassijiet u tkellmet ma’ gruppi tal-istudenti b’interess speċifiku lejn l-Istati Uniti. Fosthom kien hemm studenti tal-Istorja, l-Ekonomija u tat-Teknoloġija.
L-Ambaxxatriċi spjegat il-proċess li bih studenti barranin jistgħu japplikaw biex jistudjaw f’Universitajiet u Kulleġġi Amerikani filwaqt li semmiet ukoll l-għotjiet ta’ boroż ta’ studju li jeżistu.
Lejn tmiem din iż-żjara, l-Ambaxxatriċi stiednet lill-istudenti biex jakkwistaw aktar informazzjoni mill-Ambaxxata Amerikana f’Malta.