Ritratti: L-aħħar vjaġġ ta’ Edel ma’ sħabha

Is-Supretendent Edel Camilleri, li ngħatat l-aħħar tislima jumejn ilu fix-Xagħra, kellha knisja mimlija b’numru ta’ nies li kienet misset magħhom tul ħajjitha, b’mod partikolari bl-uffiċjali tal-Pulizija, kollegi tagħha, fosthom il-Kummissarju Lawrence Cutajar.

L-Ispettur Sandro Camilleri, li hu wkoll il-President tal-Police Officers’ Union, sellem il-memorja tagħha lbieraħ fuq Facebook, u rringrazzja lill-uffiċjal Jonathan Vella li ħa ħsieb jordna l-kuruni tal-Pulizija.

Il-bierah ma' tellajt l-ebda 'post' b'rispett u peress li tlajt il-funeral tal-ghaziza Supretendent Edel Mary Camilleri….

Posted by Sandro Camilleri on Thursday, December 20, 2018

Fil-funeral li sar fil-Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra, l-Isqof Grech qasam l-esperjenza tiegħu ma’ Edel meta huwa amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Jgħid li peress li kienet taf li jiemha kienu magħduda, qalet li dubju wieħed kellha: jekk setgħetx għamlet aktar biex tħobb lil Ġesù. Waqt l-omelija, huwa tkellem ukoll fuq dak li kienet qaltlu Edel dwar xogħolha mal-immigranti, li fihom kienet tara lil Ġesù.

Hi mietet fl-età ta’ 43 sena wara battalja mal-kanċer, u xi snin ilu kienet ukoll studenta tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà.