Ritratti: L-aħħar tħejjijiet għall-festival tal-iskulturi tas-silġ

Fiċ-Ċina għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-festival annwali tant mistenni.
Il-Harbin International Snow and Ice Festival se jiftaħ il-bibien tiegħu għat-32 darba.
Huma eluf, kull sena, li jżuru dan l-avveniment tal-ewwel jiem tas-sena li jesponi skulturi mill-isbaħ mirquma minn blokok tas-silġ.