Ritratti: L-aħħar preparamenti mit-timijiet ta’ Malta u l-Bulgarija

Wara l-wirja pożittiva u t-telfa minima kontra d-Danimarka nhar il-Ġimgħa, it-tijm Nazzjonali Malti tal-futbol imissu jilgħab partita oħra kompetittiva bħala parti mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla fil-Brażil. It-tijm Malti t-Tlieta filgħaxija jkun qed jospita lit-tijm Nazzjonali tal-Bulgarija, b'dawn tal-aħħar jinsabu ferm qrib li jikkwalifikaw hekk kif bħalissa jinsabu jokkupaw it-tieni post fil-klassifika ta' Grupp B.

Il-Partita li tibda fit-8pm fl-iStadium Nazzjonali ta' Ta'Qali mistennija tattira pubbliku numeruż hekk kif Malta qed tittama f'wirja oħra pożittiva minkejja l-qawwa tat-tijm avversarju. Il-wirja tajba ta' nhar il-Ġimgħa li għadda qed tħalli ottimiżmu fost il-grupp Malti bil-kowċ Nazzjonali Pietro Ghedin jittama li jiġu evitati żbalji li ħallew lil Malta toħroġ mill-grawnd b'telfa sfortunata.

Il-logħba se tkun qed tiġi rrefjata minn delegazzjoni ta' 'referees' mir-Rumanija.

 

Ritratti: Taħriġ tat-timijiet Nazzjonali lejliet il-Partita.