Ritratti: L-aħħar preparamenti għall-Birgu By Candlelight

Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-Birgu By Candlelight, li huwa parti mill-attivitajiet marbuta mas-16-il edizzjoni tal-Birgufest 2019.

Għal din l-edizzjoni mistennija attendenza numeruża, anki minħabba l-fatt li ss-ena l-oħra din l-attività tħassret minħabba l-maltemp.

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jixtieq jinforma lil dawk kollha li qed jippjanaw biex illejla jattendugħall-attività tal-lejla li bħala mezz ta’ trasport se jkun hemm mill-Belt (minn fejn id-Dwana l-Antika) ser ikun hemm is-serviżż bil-Lanċa u d-dgħajsa Maltija li jibqa’ sejjer sas-2am (sbieħ il-Ħadd). Dawk kollha li jiġu bil vetturi tagħhom importanti ferm li jonoraw l-ordnijiet mill-pulizija tat-traffiku fejn jiġu indikati l-postijiet tal-parkeġġ. Dawn se jkunu fiż-Żona ta’ Kordin (fejn il-Hibs Ground), fit-Triq Misjoni Taljana fil-Kalkara u f’Garden Road Ħaż-Żabbar fejn min dawn iż-żoni se jkun hemm is-servizz tal-Park and Ride għall-prezz ta’ €1 kull persuna.

L-attivitajiet din is-sena bdew fl-4 b’Raquel u se jkomplu fis-6pm bi SterjoTipi, fit-8pm- ma’ Klinsmann mal-band filwaqt li Ozzy Lino mal-Band fl-10pm.

Se tkun qed tippreżenta s-serata Dorianne Mamo.

F’kull triq hemm diversi esibizzjonijiet, attrazzjonijiet, suq tal-artiġjanat, kunċerti fil-knejjes, stalls tal-ikel u divertiment għall-familja kollha.

Dan l-avveniment huwa organiżżat mill-Kunsill Lokali tal-Birgu bl-għajnuna tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali, u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali.