Ritratti: L-aħħar preparamenti għal Rockestra

DOI Clodagh Farrugia O'Neill

Illum jaħbat propju lejliet il-kunċert Rockestra u għalhekk l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, flimkien mal-kantanti li se jkun qed jieħdu sehem, bħalissa għaddejjin bl-aħħar preparamenti tagħhom. Il-Ministru għall-Kultura, Own Bonnici żar l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, aktar kmieni dalgħodu waqt li kienet għaddejja bil-provi ġenerali tagħha għall-kunċert.

Il-kunċert se jkun qed jiċċelebra l-għaxar sena tiegħu u għal din l-edizzjoni, apparti li se tkun qed tieħu sehem l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, se jkunu qed jieħdu sehem ukoll kor ta’ 100 tifel u tifla mill-iskola Stagecoach li se jkunu qed jakkumpanjaw l-artisti fuq il-palk.

Transport Malta se tkun qed topera rotta apposta għal dan l-avveniment f’dan il-lejl. Il-vjaġġi se jitilqu minn Bays C1, C2 u C3 li hemm fil-venda tal-Belt fil-17:15, 18:15 u 19:15 u se jwasslu l-passiġġieri sa ta’ Qali. Se jkun hemm ukoll vjaġġi ta’ ritorn minn Ta’ Qali sal-Belt. Dawn se jitilqu fil-22:45, 23:30 u 00:00.