Ritratti: L-aħħar episodju ta’ Ħbieb u Għedewwa

Il-100 puntata mis-sitt u l-aħħar staġun tas-sensiela Ħbieb u Għedewwa se tkun qed tixxandar illum il-Ġimgħa fuq l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm.

Fl-episodju tal-lum naraw John x’se jgħid lil Saviour meta dan jiġi f’sensieh? Immorru sena wara u niltaqgħu mal-Madre u Sr Edwina. Min se jmur jagħmlilha żjara? X’se jiġri minn Decelis? X’qed jagħmel issa li jinsab irtirat. Min se jmur jiltaqa’ miegħu?

Saviour kif inhu u x’se jgħidlu lil John?

F’dan l-aħħar episodju se naraw lil Yvonne u lil Jane kuntenti mat-tfal tagħhom. B’hekk ħafna mill-kurżitajiet jiġu fit-tmiem.

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Repetizzjoni tal-puntata tal-lum se tixxandar it-Tnejn 17 ta’ Awwissu fl-10.15am. Ukoll min-nhar it-Tnejn 17 ta’ Awwissu, l-istazzjon Melita More se jkun qed jerġa’ jxandar mill-ġdid l-aħħar 100 puntata ta’ din is-sensiela.