Ritratti: L-AFM iqassmu x-xirjiet għal dawk fi kwarantina

AFM

Il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) qalu li fl-aħħar jiem għenu biex jitqassmu xirjiet għal dawk li qegħdin fi kwarantina.

Fuq Facebook, l-AFM qalu li qed jassistu lill-awtoritajiet tas-saħħa biex jgħinu liċ-ċittadini bil-bżonnijiet tagħhom ta’ kuljum. Għadd ta’ deliveries qed isiru matul il-ġurnata.

⚠️ Over the past few days, Armed Forces of Malta personnel are assisting the Health Authorities in the delivery of…

Posted by Armed Forces of Malta (AFM) on Monday, March 16, 2020

Tnieda helpline għall-anzjani li għandhom bżonn in-neċessitajiet u m’għandhom lil ħadd biex jgħinhom.

Dan tħabbar mill-Ministeru għall-Familja u s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva fid-dawl tal-appell biex l-anzjani ma joħorġux minn djarhom.

Fi stqarrija l-Gvern spjega li dawk li għandhom iżjed minn 60 sena, huma mingħajr l-ebda appoġġ, u għandhom bżonn ta’ xi mediċini, ikliet lesti, jew inkella xi prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix (groceries), jistgħu jingħataw l-għajnuna billi jċemplu fuq 25903030.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn