Ritratti: L-AFM issalva 35 immigrant minn fuq il-baħar

AFM

Ilbieraħ filgħaxija l-Forzi Armati ta’ Malta salvat dgħajsa li fuqha kien hemm abbord 35 immigrant.

Dan ġie kkonfermat minn komunikazzjoni mibgħuta mill-Forzi Armati stess kmieni dalgħodu.

It-tfittix għad-dgħajsa beda lbieraħ fis-6pm, ftit tal-ħin biss wara li kien għadu kemm daħal Malta l-bastiment Aquarius b’141 immigrant abbord.

Ilbieraħ, Newsbook.com.mt tkellem ma’ kelliem ta’ Alarm Phone, iċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni tas-Salvataġġ Marittimu fl-Italja, li jservi bħala medjatur bejn dawk fil-bżonn u l-portijiet li qal li abbord kien hemm 9 itfal.