​Ritratti: Kważi 600 buffu f’Tas-Sliema

Waqt attività ta’ Dr Klown 587 buffu pparteċipaw f’mixja f’Tas-Sliema.
Dawn il-buffi, jew aħjar Clown Doctors, iżuru tfal morda fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex bl-għan li mqar għall-ftit mumenti, dawn jinsew li għandhom il-mard.
F’dawn l-aħħar sitt snin il-Clown Doctors żaru aktar minn 12,000 tifel u tifla fis-swali ta’ Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Ritratti: Dr Klown