Ritratti: Erbgħa seminaristi ġodda mistiedna jkunu “dawl li jiddi”

L-Arċisqof Charles Scicluna mexxa l-quddiesa taċ-ċelebrazzjoni tal-kandidatura ta' erbgħa seminaristi ġodda.
Fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-Epifanija, l-Arċisqof Charles Scicluna stieden lill-poplu Malti sabiex ikun id-dija li ddawwal il-madwar.
Dan sostnieh waqt l-omelija għall-quddiesa tal-Ħadd li għadda, li fiha ġiet iċċelebrata wkoll il-kandidatura ta' erbgħa seminaristi.
Mons Scicluna telaq mill-oriġini tal-kelma ‘epifanija’, epiphaneia, u qabbel id-dawl tal-kewkba li mexxa lis-slaten maġi mal-atteġġjament tal-poplu Malti.
Tenna li aħna rridu nkunu epifanija bil-fatti, u ssustanzja dan meta rrefera għall-kandidati l-ġodda.
Qal li dawn il-kandidati laqgħu is-sejħa li jiltaqgħu ma’ Ġesù bħall-erbgħa slaten maġi, u laqgħuha b’mod ħerqan ’il bogħod mill-frilli tad-dinja. Fakkar li bħalhom elfejn sena ilu, is-slaten maġi ma sabu xejn ħlief tarbija, omm u missier fi stalla.
L-erbgħa kandidati kienu Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu tal‑Belt Valletta, Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema tal‑Mosta, Aayrton‑Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija tal‑Imtarfa, u Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa tal‑Iklin.
Ritratti: Ian Noel Pace