Ritratti: Kristall u pulturni fil-kmamar statali tal-President

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fetħet il-kmamar statali fil-Palazz ta’ San Anton li kienu magħluqa minħabba restawr li ilu għaddej matul dawn l-aħħar erba’ snin.
Waqt l-inawgurazzjoni, il-President qalet li dawn jirriflettu erba’ snin ta’ xogħol minn tim kbir ta’ nies professjonisti, esperti, u ħaddiema tas-sengħa li għamlu biċċa xogħol biex ġabu dawn il-kmamar storiċi kif inhuma llum.
Spjegat li r-restawr sar biex il-Palazz ta’ San Anton jerġa’ jieħu xejra ta’ palazz li jirrifletti perjodi differenti tal-istorja ta’ Malta.
Il-President irringrazzjat lil kull min ħadem u għen biex dan il-proġett ambizzjuż sar realtà.