Ritratti: Koppja tiżżewweġ fit-triq fi New York

Mhix faċli li ssib ħin biex tiċċelebra l-imħabba waqt kriżi nazzjonali. Imma koppja fi New York xorta sabet triq. 

Reilly Jennings u Amanda Wheeler ngħaqdu fi żwieġ nhar il-Ġimgħa waqt ċerimonja li saret fi triq żgħira fil-viċinanza ta’ Manhattan f’Washington Heights.

Matt Wilson, ħabib u uffiċjal taż-żwieġ liċenzjat, ħareġ fit-tieqa tar-raba’ sular ta’ fejn jgħix biex imexxi ċ-ċerimonja ’l bogħod minn kull min jista’ jġorr il-koronavirus.

Il-koppja kellha tiżżewweġ f’Ottubru li ġej imma raw li jkun aħjar li jiżżewġu issa milli jistennew tant xhur bla ma jafu x‘jista’ jiġri.