Ritratti: Ikkonsagrat l-artal fil-bażilika minuri tal-Mosta

Ġie konsagrat l-artal fil-bażilika minuri ddedikata lil Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema fil-Mosta. Dan sar waqt quddiesa lbieraħ li tmexxiet mill-Arcisqof Charles Scicluna.

Waqt ir-rit tal-konsagrazzjoni, uħud mill-ġenituri bit-trabi li tgħammdu l-ġimgħa li għaddiet fil-bażilika, akkumpanjaw iż-żejt li ntuża mill-Arċisqof biex jikkonsagra l-artal.

Fl-istess okkażjoni, l-Arċisqof Scicluna ngħata l-onorifiċenzja “Ġieħ il-Mosta” mill-Kunsill Lokali tal-Mosta.

Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti