Titwila lejn it-toroq Maltin f’dawn il-mumenti fejn il-firxa tal-coronavirus qed tiżdied, il-kelma li wieħed l-aktar se jara madwaru hija “closed”.
Ħwienet ta’ kull tip, inkluż tal-ħwejjeġ, tad-dwiefer, massage parlours, ristoranti, bars u għexieren ta’ servizzi u prodotti oħrajn kellhom jgħalqu l-bibien tagħhom u jissospendu s-servizzi.
Dan wara ordni maħruġa mil-Gvern Malti bil-għan li l-marda tal-coronavirus ma tkomplix tinfirex fil-pajjiż.
Intant, minflok boroż tat-take away u skart ieħor mormi bl-addoċċ, issa x-xena inbidlet xi ftit u minflok, mormijin mal-art fit-toroq wieħed jista’ jara diversi ingwanti tal-plastik u maskli protettivi.