Ritratti: Kju ta’ karozzi fiċ-Ċirkewwa

Bħal kif jiġri kull sena f’dawn il-jiem ta’ festi, ħafna Maltin u turisti rħewlha lejn Għawdex. Għal xi ħin, il-kju ta’ karozzi kien iwassal sar-roundabout ta’ fejn it-Torri l-Aħmar, b’għadd ta’ karozzi tal-linja jispiċċaw imwaħħlin fil-kju.

Persuni li kkuntattjaw lil Newsbook.com.mt qalu li damu madwar tliet sigħat biex waslu sal-vapur, b’oħra jikkummentaw li kellhom iduru lura għax ma kienux se jlaħħqu jaqsmu lejn il-gżira Għawdxija f’ħin stabbilit.

Il-kumpanija Gozo Channel f’dawn il-jiem ta’ festi tagħmel aktar vjaġġi mis-soltu, b’ħinijiet partikolari x’ħin id-domanda togħla, it-tliet vapuri tagħha, Malita, Ta’ Pinu u Gaudos jaħdmu l-ħin kollu.

Dawn ir-ritratti ttieħdu min-Nadur minn Anaca Photography li juru l-kju tal-karozzi għal vapur fuq in-naħa tal-fliegu fiċ-Ċirkewwa. Minħabba li t-temp ma kienx ċar u minħabba li x-xemx kienet diretta lejn il-kamera, ir-ritratti ma ġewx daqshekk.

Anaca Photography