Ritratti: Kju ma jaqta’ xejn għal Malta

Read in English.

Illum hija festa pubblika u bosta kienu dawk li fi tmiem il-ġimgħa ddeċiedew li jżuru l-gżira għawdxija. Hekk kif għada kulħadd jerġa‘ lura għan-normal il-kju għall-vapur ta‘ Għawdex beda minn kmieni waranofsinhar.

Persuna li tkellmet ma‘ Newsbook.com.mt qalet li fil-5pm, il-kju ma jaqta‘ xejn baqa‘ sejjer sax-Xewkija.

Kevin Cauchi

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-vapur M.V. Ta’ Pinu se jkun qed jerġa’ jingħaqad mal-bqija tal-vapuri llejla wara li fis-7 ta’ Jannar daħal għall-manutenzjoni. Il-Ministru qal li l-vapuri tal-Gozo Channel qed jaħdmu b’shuttle service.

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Kevin Cutajar f’post fuq Facebook qal li llejla l-kju minn Għawdex ma jispiċċa qatt. Huwa fakkar li l-kumpanija qed topera b’vapur nieqes u fl-opinjoni tiegħu hemm bżonn ħames vapuri sabiex il-kumpanija tkun tkun tista’ taħdem sew.