Ritratti: Kif Sqallija tidher minn Malta

Il-fotografu Rene Rossignaud irnexxielu jaqbad bil-kamera dawn iż-żewġ xeni mill-isbaħ.  

Iż-żewġ ritratti ttieħdu minn San Pawl il-Baħar u mill-Mellieħa u fl-isfond tal-Gżejjer u tal-Aħrax, tista' tinnota d-dawl li hemm mal-kosta ta' Sqallija.

Ir-ritratti nġibdu fis-sagħtejn ta' filgħodu u skont Rene m'hemm xejn editjat.  Kull ma kellu bżonn hi ftit paċenzja!

Qal li "Kulħadd jaf li xi mkien hemm barra hemm Sqallija, imma l-kamera jirnexxielha taqbad dak li għajnejna mhumiex kapaċi".  

Din mhux l-ewwel darba li meta l-viżibiltà tkun tajba, mit-tramuntana ta' Malta jirnexxielna naraw id-dawl ta' Sqallija jew saħansitra anke l-vulkan Etna!

 

Ritratti: Rene Rossignaud fuq info@newsbook.com.mt