Ritratti: Kif sebħet l-Isla dalgħodu?

Ian Noel Pace

Il-moll tal-Isla li lbieraħ filgħaxija laqa’ lil 234 persuna li waslu abbord il-bastiment Lifeline, dalgħodu sebaħ vojt, għajr xi membru tal-ekwipaġġ jieħu t-te fuq il-vapur.

Ġkieket tas-salvataġġ u fliexken tal-ilma mitluqin fuq il-bastiment, huma tifkira ta’ sitt ijiem sħaħ li l-immigranti qattgħu bejn sema u ilma.

Il-bastiment li kien mgħobbi sa ruħ ommu u li qala’ mijiet ta’ mewġ waqt il-vjaġġ, issa spiċċa solitarju, trakkat fi skiet taqtgħu b’sikkina.