Ritratti: Kif nazzjonalitajiet differenti jaraw it-Tazza tad-Dinja

F'waħda mill-kwotazzjonijiet popolari tiegħu, Nelson Mandela kien qal li ftit huma l-affarijiet li jgħaqqdu lin-nies bl-istess mod li jgħaqqadhom il-futbol.
Ritratti meħuda minn madwar id-dinja kollha juru li anke f'pajjiżi fejn wieħed spiss jisma' b'każi ta' protesti u vjolenza, fi żmien it-Tazza tad-Dinja, xorta waħda kulħadd jingħaqad taħt il-bandiera ta' pajjiżu.
Minkejja li r-ritratti juru ambjenti soċjali differenti, tispikka l-għaqda bħala l-element komuni bejniethom kollha.