Ritratti: Kif inbidlu Tas-Sliema u l-Gżira

Margerita Pule

L-artista Margerita Pule ddokkumentat it-trasformazzjoni mgħaġġla li saret f’Tas-Sliema u l-Gżira u se tkun qed taqsamha mal-pubbliku nhar il-21 u 22 ta’ Ġunju fi Triq Depiro, Tas-Sliema.

Permezz ta’ dokumentazzjoni fotografika, Pule, iddokkumentat il-bidliet li seħħu fil-bini, hekk kif id-djar twaqqgħu u minflokhom feġġ konkrit u tifrik.

L-esebizzjoni li se tkun biss għal jumejn iġġib l-isem ta’ There’s no place like home. L-artista fiha se tesebixxi d-dokumentazzjoni ta’ djar imwaqqgħajn, ħjut interni, madum u taraġ li ma jwassal għal imkien.

Fid-deskrizzjoni tal-esebizzjoni, Pule tgħid kif għal ftit żmien, spazju privat isir pubbliku, waqt li għaddejja din it-transformazzjoni aggressiva, u wieħed ikun jista jittawwal ġewwa d-dar li qed taqa’.

Fil-proġett tagħha hi ddokumentat madwar 100 sit f’Tas-Sliema u l-Gżira.

Ir-residenti ta’ Tas-Sliema spiss juru d-diżapprovazzjoni tagħhom lejn djar li jkunu se jitwaqqgħu biex jagħmlu wesa’ għall-blokk appartamenti.