Ritratti: Kemm jirnexxilek tagħraf minn dawn il-postijiet Maltin?

Old building Malta

Ġieli kont għaddej minn x’imkien mal-ġenituri u nanniet u smajthom jgħidu kif dak il-post jiftakruh differenti? Il-maġġoranza tal-persuni ta’ terza età tal-lum jiftakru lil Malta sew fil-Gwerra u kieku wieħed joqgħod jitkellem ftit magħhom żgur li jsib rakkonti storiċi aktar milli jista’ jsib fi kwalunke ktieb tal-istorja.

Dilettanti tal-istorja dal-aħħar qed jaqsmu ritratti storiċi ta’ Malta fl-antik mal-pubbliku, imma meta wieħed jikkumparahom max-xenarju tal-lum, kemm jirnexxielu jagħraf minnhom?

Dawn huma xi wħud mir-ritratti storiċi ta’ Malta fl-antik. Kemm jirnexxilek tagħraf minnhom?

1.

https://www.facebook.com/514679125284350/photos/a.530943376991258.1073741828.514679125284350/1653290594756525/?type=3&theater

 

2. 

 

3.

 

4. 

Posted by Maltese old photos on Sunday, August 24, 2014

 

5. 

Posted by Maltese old photos on Tuesday, January 14, 2014

 

6. 

 

7. 

 

8. 

 

9. 

 

10. 

 

  1. Tignè Point

Għal ħafna dan illum ifisser żona turistika mimlija ristoranti u ħwienet tal-ħwejjeġ tad-ditta, pero oriġinarjament dan kien sit b’fortifikazzjonijiet u kwartieri tas-suldati.

  1. Australia Hall

Illum-il ġurnata din il-ġawra tinsab abbandunata f’Pembroke, pero din il-binja kellha parti importanti fl-istorja hekk kif serviet bħala post ta’ rikreazzjoni għas-suldati Awstraljani li kienu qed jirkupraw fi żmien il-Gwerra.

  1. Il-Bajja ta’ Spinola

Illum hi magħrufa għar-ristoranti u ħwienet tax-xorb, pero qabel ma mtliet bit-traffiku din il-bajja f’San Ġiljan kienet waħda kwieta għall-aħħar.

  1. Royal Opera House

Xi wħud jaħsbuh it-Teatru Manoel, pero għalkemm mibni fuq l-istess stil dan mhux għajr it-Teatru l-imwaqqa’ kif kien minn ġewwa fil-glorja tiegħu. Meta xi ħadd isemmi dan il-post l-ewwel ħaġa li tiġina f’moħħna hi l-istat imġarraf li kien jinsab fih għal snin twal wara l-Gwerra, pero qabel ma kien ibbumbarjdat dan it-Teatru kien wieħed mill-aktar rinomati fl-Ewropa.

  1. Il-Ferrovija mill-Belt għar-Rabat

Bejn l-1883 u l-1931 apparti l-vapur bejn Malta u Għawdex Malta kellha vapur ieħor – dak tal-art. Dan il-proġett ġie propost fl-1870 u sar bil-għan li jgħaqqad il-Belt Valletta bħala l-belt kapitali l-ġdida ta’ Malta ma’ dik ta’ qabilha, l-Imdina. L-għan prinċipali kien biex fejn normalment vjaġġ bejn dawn iż-żewġ postijiet kien jieħu madwar tliet siegħat, permezz tal-vapur tal-art kien jieħu nofs siegħa.

  1. Il-Fosos

Qabel ma kienu jsiru l-mass meetings u l-kunċerti il-fosos li hemm quddiem il-Knisja ta’ San Publiju kienu jintużaw biex jinħażen il-qamħ, b’kull fossa tiżen minn 60 sa 80 tunnellata qamħ.

  1. L-Akwadotti ta’ Santa Venera

Għalkemm għal ħafna dawn illum huma sempliċiment monument tal-passat li ġie ċċirkondat mill-iżvilupp modern, l-akwadotti ta’ Wignacourt, kif inhuma oriġinarjament magħrufa, kellhom irwol importanti fl-istorja hekk kif servew biex fis-seklu 17 beda jasal l-ilma l-Belt Valletta mir-Rabat u Ħad-Dingli.

  1. Teatru Salesjan

Fl-1908 f’Tas-Sliema inbniet dar bil-għan li sservi bħala post fejn fih iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiltaqgħu u fl-istess ħin it-teatru jkun aktar aċċessibbli għall-pubbliku. Illum-il ġurnata, aktar minn 100 sena wara li nbena, dan il-ġojjell żgħir fil-qalba Tas-Sliema għadu jtella’ produzzjonijiet teatrali u programmi edukattivi bil-għan li joffri opportunitajiet artistiċi liż-żgħażagħ.

  1. Il-Wied ta’ Birkirkara

Għalkemm meta tagħmel ħalba xita sew idealment nevitawh, il-Wied ta’ Birkirkara xorta jibqa’ wieħed mill-aktar postijiet frekwentati f’Malta. Jekk mhux għall-festa tal-lokal jew għall-ħwienet tal-akwati, żgur li ħafna jgħaddu minn din it-triq magħrufa hekk kif hi waħda mit-toroq prinċipali fiċ-ċentru ta’ Malta.

  1. Pembroke

Għalkemm Pembroke hu meqjus bħala wieħed mil-komunitajiet l-aktar ġodda f’Malta, fil-verità din il-lokalità kellha rwol importanti ferm fi żmien il-Gwerra, bil-maġġoranza tal-kwartieri tal-militar, inkluż dawk ta’ gradi għolja, stabbiliti hawnhekk.

Ritratti: Maltese old photos – Facebook, Robert Aloisio – Facebook , Leon Xuereb – Facebook, Arkivji.