Ritratti: Isalvaw kelb għami minn ġo toqba

Facebook - Marianne Saliba

Kelb salvat mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili wara li waqa’ f’toqba. Il-Kelb li huwa għami waqa’ fit-toqba li kienet fonda u ħareġ miċ-ċinga tiegħu għalhekk kienet impossibbli għal sidu li ttellgħu.

Il-mara kkuntattjat lill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili li marru fuq il-post u salvaw lil dan il-kelb. Fuq paġna ddedikata lill-annimali oħt il-vittma rringrazzjat lill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili għall-intervjent tagħhom.