Ritratti: Kelb isib ballun kapuljat bil-velenu fix-Xagħra

Sid ta’ kelb kiteb fuq Facebook kif waqt li ħareġ lill-kelb tiegħu passiġġata, dan ġablu lura ballun magħmul mill-kapuljat u miksi bil-velenu tal-bebbux.

Fil-messaġġ wissa lil dawk kollha li joħorġu lill-klieb tagħhom għal xi passiġġata f’din iż-żona sabiex joqgħodu attenti. Spjega li dan kien fi Triq Ġnien Imriek, fejn hemm ukoll kelb tar-razza pitbull li jgħix fit-triq.

Sid il-kelb sostna li b’xorti tajba, il-kelb tiegħu ma ġralu xejn u rnexxielu joħroġlu dan il-velenu minn ħalqu b’suċċess. Intant appella lil dawk kollha li jagħmlu atti bħal dawn sabiex iġibu quddiem għajnejhom li l-persuni li jrabbu l-klieb iħobbuhom daqs membru tal-familja u għaldaqstant ma għandhomx jagħmlu atti bħal dawn.