Ritratti: Kejk tal-pizza f’tieġ

Ritratt: Todd Good Photography

Timmaġina li waqt it-tieġ, flok biċċa kejk tingħata biċċa pizza? Jess Melara u Tony Sanchez hekk iddeċidew li jagħmlu fil-jum tat-tieġ tagħhom f’Miami fl-Istati Uniti.

Iż-żewġ żgħażagħ ilhom jinħabbu sa minn meta kienu għadhom studenti fl-iskola. U meta żżewġu f’Diċembru li għadda ħasbu li jwarrbu l-kejk tradizzjonali tat-tieġ u minflok servew lill-mistednin tagħhom ‘kejk’ tal-pizza magħmul f’saffi.

Ritratt: Todd Good Photography

L-għarusa qalet li: “Tony u jien inħobbu l-pizza u m’aħniex fans kbar tal-kejk tat-tieġ.Għalhekk issorprendejna  lill-mistednin tagħna bil-kejk tal-pizza. Il-pizza kienet verament tajba u delizzjuża … kienet pizza tal-ħolm.”

Ritratt: Todd Good Photography

Jessica kompliet tgħid li l-mistednin tagħhom għoġbithom l-idea u ħadd minnhom ma gerger. Fil-fatt Tony qal li huma offrew il-pizza flimkien ma’ snacks oħra u ħadd ma ħabbel rasu li kien se jiekol tard bil-lejl.

Ritratt: Todd Good Photography

Iżda l-koppja ħasbet ukoll biex waqt it-tieġ jinkludu wkoll il-ħelu tradizzjonali. Fosthom kien hemm bankarella mimlija b’kejkijiet kif ukoll ġelat.