Ritratti: Ġieli rajthom hekk lil Meghan u Harry?

Lara-Mason-makes-life-size-cakes-of-Meghan-Markle_6

Omm Ingliża qattgħet 250 siegħa taħdem fuq kejk ta’ daqs reali bil-figuri tal-Prinċep Harry u Meghan Markle propju sabiex tiċċelebra hi wkoll it-Tieġ Irjali li għadu f’moħħ kulħadd.
Il-kejk jitma’ 500 persuna u sabiex għamiltu użat 300 bajda, 15-il kilogramma ta’ tqiq, 15-il kilogramma ta’ butir u 15-il kilogramma ta’ zokkor.
Sabiex tiddekora l-kejk u żżommu flimkien, użat aktar minn 10kg ta’ krema, 20kg ta’ ċikkulata u 50kg ta’ ġelu.
Ma’ Mirror Online, l-omm qalet li dan kien l-akbar kejk li qatt għamlet minħabba li l-Prinċep Harry twil 6.2 piedi.