Ritratti: Kastilja tinxtegħel oranġjo

MS Society of Malta

Il-Berġa ta’ Kastilja nxtelgħet b’dawl oranġjo fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Multiple Sclerosis.

Fi stqarrija s-Soċjetà Maltija tal-MS qalet li l-għan ta’ din il-ġurnata hi li titqajjem aktar kuxjenza dwar din il-marda. Il-ġurnata uffiċjali hija t-30 ta’ Mejju imma f’Malta ġiet iċċelebrata lbieraħ.

It-tema ta’ din is-sena hija dwar il-konnessjonijiet.

Is-soċjetà qalet li din is-sena kienet aktar diffiċli għaliha biex tingħaqqad. Dan minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Però kellhom l-opportunità li jixgħelu dawl oranġjo fil-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Multiple Sclerosis tista’ tidħol hawn.

X’inhi l-multiple sclerosis?

Il-multiple sclerosis (MS) hija marda li tista’ taffettwa l-moħħ, l-ispinal cord, u l-għajnejn.

Tista’ toħloq problemi fil-vista, fil-bilanċ, fil-kontroll tal-muskoli, u funzjonijiet oħra bażiċi tal-ġisem.