Ritratti: Kastilja tilbes libsa blu għall-awtiżmu

Għal diversi sigħat ilbieraħ filgħaxija, il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja nxtegħlet blu bħala parti mill-kampanja internazzjonali Light it Up Blue. Dan bil-għan li jkompli jiżdied l-għarfien dwar l-awtiżmu, kundizzjoni li tinkludi diffikultajiet fl-imġiba u ta’ komunikazzjoni mal-oħrajn.
B’hekk il-bini ta’ Kastilja nagħqad ma’ monumenti ewlenin madwar id-dinja, fosthom it-Torri Eiffel f’Pariġi u l-House of Commons f’Londra.

Ritratti: Yendrick Cioffi