Ritratti: Karozzi tal-linja jeħlu fil-Mosta minħabba inċident

Inċident tat-traffiku wassal biex numru ta’ karozzi tal-linja jeħlu fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta.

Ġurnalista ta’ Newsbook.com.mt li kienet fuq il-post irrappurtat li damu madwar nofsiegħa imwaħħlin fit-triq. Ir-roundabout ta’ quddiem ir-Rotunda tal-Mosta kienet imblukkata wkoll. Għadu mhux magħruf x’tip ta’ inċident seħħ. Fuq il-post kien hemm numru ta’ uffiċċjali tal-Pulizija. It-triq reġħet infetħet għat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabata tan-12.30 pm. Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li ma kellhomx informazzjoni dwar dan l-inċident peress li ma jkunux weġġgħu nies fih.