Aġġornata: Vann jinstaq għal fuq bus stop fi Franza; mara mejta

Mara tilfet ħajjitha wara li vann instaq għal fuq bus stop fil-belt ta’ Marsilja fi Franza.
Skont il-Pulizija Franċiża, ir-raġel ġie arrestat.
Jidher li l-istess sewwieq, aktar kmieni, saq għal fuq bus stop oħra f’żona oħra tal-belt.
Hawn laqat raġel li qed isofri ġrieħi gravi.
Prosekuturi Franċiżi qalu ma’ midja internazzjonali li mhux qed jikkunsidraw l-attakk bħala wieħed terroristiku.
Jidher li r-raġel magħruf sew mal-Pulizija u jbati minn problemi ta’ saħħa mentali.
Il-mara li mietet għandha madwar l-40 sena.
Il-ġimgħa li għaddiet, żagħżugħ saq għal fuq in-nies f’Barċellona u ħalla 14-il persuna mejta.