Ritratt: Karozza tinqaleb bejn is-Swieqi u Pembroke

Żagħżugħ ta' 20 sena mill-Mellieħa kellu jiddaħħal l-isptar wara li dalgħodu nqaleb bil-karozza eżatt malli qabeż it-traffic lights li jagħtu għal San Ġiljan.
Miegħu kien hemm żagħżugħ ieħor ta' 20 sena mill-Mellieħa.
L-inċident ġara fil-5.30 ta' dalgħodu fi Triq St. Andrew's bejn is-Swieqi u Pembroke.
Skont il-Pulizija, il-karozza kienet tiela' lejn Pembroke iżda meta nqalbet spiċċat fil-karreġjata l-oħra, jiġifieri lejn San Ġiljan.

Ritratt: info@newsbook.com.mt