Ritratti: Karozza ħadet in-nar f’tal-Pietà

Karozza ħadet in-nar fit-Triq il-Marina, fiż-żona magħrufa ta’ Sa Maison f’Tal-Pietà.

Kelliem għall-pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm.

Il-kelliem ta-pulizija spejga waqt li s-sewwieq kien qiegħed isuq, il-karozza waqfet. Is-sewwieq ċempel għall-assistenza u kif mar biex jerġa’ jistartja din ħadet in-nar.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-protezzjoni ċivili biex jitfgħu l-karozza.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.