Ritratti: Kantanti ta’ suċċess jilbsu l-maskra

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Mil-lejla fuq l-istazzjon nazzjonali Taljan Rai Uno se ajsal spettaklu ġdid għall-Ġimgħa filgħaxija hekk kif tiddebutta l-kompetizzjoni ta’ Il Cantante Mascherato, il-verżjoni Taljana tal-programm ta’ suċċess The Masked Singer.

Milly Carlucci. Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Milly Carlucci se tkun qed tmexxi dan l-ispettaklu li se jduqm għaddej għal erba’ ġimgħat li diġà kiseb suċċess fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Awstralja, fil-Messiku u fl-Olanda. Wara li jiddebutta llejla fl-Italja, dan l-ispettaklu wkoll se jkun qed jiddebutta wkoll fi Spanja u fl-Ingilterra.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Carlucci mhux se tkun weħidha fil-programm għax ukoll se jkollha erba’ membri tal-ġurija: Patty Pravo, Ilenia Pastorelli, Flavio Insinna u Guillermo Mariotto.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

F’kull programm se jkunu qed jieħdu sehem tmien personaġġi magħrufa. L-identità tagħhom mhux se tkun magħrufa minħabba li jkunu lebsin maskra u kostum.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Is-sabiħha hija li ħadd mill-parteċipanti ma jaf min hu l-parteċipant l-ieħor u dan il-fatt jagħmel il-kompetizzjoni aktar eċċitanti.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Il-personaġġi li se jkunu moħbija wara l-maskra mhux neċessarjament li huma kantanti. Mhux biss il-ġurija se tkun qed tivvota iżda wkoll it-telespettaturi, li minkejja li ma jafux min hemm wara l-maskra, se jkollhom xi ħjiel li l-preżentattriċi Milly Carlucci se tkun qegħda tagħti.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Ovvjament min qed isegwi mid-dar ikun jixtieq li jkun jaf min huma dawn il-personaġġi wara l-maskra u filfatt min iġib l-inqas ammont ta’ voti se jkun qed juri wiċċu.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Il-ġurija se jkollha biċċa xogħol iebsa biex qabel kull prestazzjoni tipprova wkoll taqta’ min jista’ jkun il-personaġġ wara l-maskla. Taħsbux li hija xi ħaġa faċli għax tassew se tkun diffiċli, anki minħabba l-fatt li l-identità tal-personaġġi li qed jilbsu l-maskra se tkun ukoll moħbija mill-maġġorparti tal-krew li hemm involut f’dan il-programm.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

F’dan l-ewwel programm se jkunu qed jieħdu sehem personalitajiet li ħadu sehem f’Sanremo, u fosthom anki li rebħu dan il-konkors. Hemm ukoll xi ħadd li biegħ miljuni ta’ diski, kif ukoll hemm min ħa sehem f’xejn inqas minn 25 film, xi ħadd li ppreżenta 70 progarmm televiżiv u saħansitra min ħareġ xejn inqas minn 107 album. Hemm ukoll xi ħadd li jaqbeż sew il-miljun siegħa ta’ preżentazzjoni ta’ programmi televiżivi.

Il Canatante Mascherato jibda mil-lejla fuq Rai Uno mid-9.20pm ‘il quddiem.