Ritratti: Juncker onorat fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu

DOI/Omar Camilleri

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker ingħata l-unur ta’ sħubija onorarja fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fi grad ta’ kumpann bi stilla.

F’ċerimonja li saret fis-sala tat-tron fil-Palazz il-Belt, il-President ta’ Malta George Vella mexxa l-investitura ta’ Juncker fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna u dinjitarji oħrajn.

F’diskors tal-okkażjoni, il-President Malti fakkar kif Gvernijiet suċċessivi minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea ħadmu biex isaħħu l-valuri Ewropej u biex jirriflettuhom fil-politika.

Il-President Vella faħħar il-presidenza ta’ Juncker u qal li matulha ħadem bi sħiħ favur djalogu internazzjonali u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.