Ritratti: Joseph Calleja b’wirja spettakolari waqt il-BBC Proms 2013

Ilbieraħ it-tenur Malti Joseph Calleja ta wirja spettakolari fis-Sala Royal Albert f’Londra waqt il-BBC Proms 2013.

Huwa interpreta diversi arias ta’ Verdi fosthom À toi que j’ai chérie, La Traviata u Sento avvampar nell’anima.

Joseph Calleja kien akkumpanjat mill-Mro Ċiniż-Amerikan Xian Zhang u mill-Orkestra Sinfonika Giuseppe Verdi ta’ Milan.