Ritratti: Jolqtulu l-karozza bil-lejl; taf min?

Każ ta’ hit and run fil-Fgura ħalla karozza pparkjata b’numru ta’ ħsarat viżibbli.
Skont is-sid tal-karozza, l-inċident seħħ matul il-lejl li għadda, fi Triq il-Karmnu bejn id-9pm u l-4am, fejn il-persuna li kkawżat l-inċident jidher li baqgħet sejra.
Is-sid tal-karozza appella sabiex kull min għandu xi informazzjoni rigward l-inċident jikkuntattjah.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-każ ma’ Newsbook.com.mt.

Ritratti: Natanael Aquilina