Ritratti: Jiżżewweġ lill-infermiera li għinitu wara l-ibbumbardjar ta’ Boston

Kif ngħidu, “kull deni ħudu b’ġid”, anke għal James Castello, li f’April tal-2013 kien wieħed mill-vittmi li weġġgħu serjament fl-ibbumbardjar tal-Maratona ta’ Boston.
Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, James iżżewweġ lil Krista D’Agostino, ta’ 31 sena, l-infermiera li tatu l-kura fl-isptar wara l-ibbumbardjar. Għal xhur sħaħ, James kellu jgħaddi minn kirurgija u rijabilitazzjoni t’uġigħ.
Skont midja internazzjonali, il-post taż-żwieġ kif ukoll numru ta’ servizzi oħra ngħataw b’donazzjoni.