Ritratti: Jiżgassaw appartament fil-Ħamrun

Il-Pulizija bħalissa għaddejja bi tfittxija għal persuni li wettqu serqa minn residenza fil-Ħamrun.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-ħallelin żgassaw il-bieb ta' residenza fi Sqaq il-Kubrit għall-ħabta tan-12.30pm.
Ir-residenti ma kienux id-dar fil-ħin tas-serqa.
Il-Pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li l-oġġetti li nsterqu għandhom valur baxx.
Ritratti: Ian Noel Pace