Ritratti: Jiżdiedu l-karozzi u jonqos ir-rispett

Ġeneralment fuq bankina wieħed jistenna li jiltaqa' ma' xi arblu tad-dawl jew tal-festa, xi kaxxa tal-ittri u forsi xi tank taż-żibel. Ġieli kont miexi fuq bankina u minflok sibt karozza?
Jidher li aktar ma jmur ir-rispett fit-toroq Maltin dejjem qed jonqos.
Ritratti li qed jiċċirkulaw fuq il-midja soċjali juru vetturi pparkjati bl-addoċċ fuq bankina, u saħansitra oħrajn ipparkjati f'kaxxi riservati għal nies bi bżonnijiet speċjali.
Xi kultant forsi tinzerta wkoll xi gwardjan jagħti ċitazzjonijiet waqt li hu jkun ipparkjat fuq żewġ linji sofor.
Għalkemm in-numru ta' vetturi fit-toroq Maltin aktar ma jmur dejjem qed jiżdied b'rata mgħaġġla, tajjeb li wieħed jirrispetta lil dawk ta' madwaru u jħares il-liġijiet tat-toroq.
Ritratti: Selfish Drivers – Malta