Il-Ġimgħa li għaddiet iċ-ċentru tal-Agrikoltura fi ħdan l-Istitut tal-MCAST organizza attività bl-isem ta’ Is-Sajda u t-Tisjira.
Waqt din l-attività saru wirjiet dwar ix-xogħolijiet tas-sajjied lokali flimkien ma’ tal-istudenti u l-membri tal-istaff fi ħdan l-istess ċentru.
Min attenda, kellu l-opportunità li jduq tipi differenti ta’ ħut lokali u jitgħallem aktar dwar l-importanza ta’ dieta bilanċjata.
Saret ukoll laqgħa dwar il-ħut bħala sors ta’ dieta tajba għas-saħħa.
Waqt l-attività ġie mniedi wkoll il-Malta Small-Scale Fisheries Network.