Ritratti: “Jixirqilna aħjar”; In-Nazzjonalisti jwaħħlu posters mal-każini tal-PN

Read in English.

Il-partitarji Nazzjonalisti rreaġixxew għall-aħbar ta’ rebħa “b’maġġoranza storika” tal-Partit Laburista, skont ma qal il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Joseph Muscat, billi waħħlu posters bil-kliem “Jixirqilna aħjar” mal-faċċati tal-każini.

LIVE: X’inhu għaddej fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar?

Dawn il-posters intlemħu mal-faċċati tal-każini tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar, f’San Ġwann, f’Ħal Balzan u fis-Swieqi.

“Bħalissa hemm maġġoranza ta’ 48,000 vot” – Muscat

Aktar kmieni llum, Joseph Muscat indirizza l-folla miġbura biex tiċċelebra quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Ħamrun u qal li sa dak il-ħin, il-maġġoranza kienet ta’ 48,000 vot.