Ritratti: Jittellgħu mill-baħar l-erba’ jottijiet li nħarqu fl-Imġarr

Nicole Borg

Fil-Port tal-Imġarr saret ħidma biex jittellgħu mill-baħar l-erba’ jottijiet li ħadu n-nar fil-lejl bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa li għaddiet.

Il-Pulizija għalqu parti mill-moll tal-Imġarr biex tkun tista’ ssir ħidma permezz tal-krejnijiet u trakkijiet imdaqqsa ħalli jkunu jistgħu jittellgħu l-fdalijiet tal-jottijiet.

L-inċident tal-Ġimgħa filgħodu kien irrappurtat lill-Pulizija fl-3.50am fejn kien hemm xi nar li wassal biex inqerdu erba’ jottijiet fil-marina tal-Imġarr f’Għawdex. Żewġ persuni li kienu fid-dgħajjes ittieħdu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura, b’wieħed minnhom ġie trasferit lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed ibati minn ġrieħi serji.

Segwi x’ġara fis-sgħat bikrin tal-Ħadd f’dan il-filmat li ttieħed minn Skyline Webcams:

Fis-sigħat ta’ wara saret ħidma mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn saħansitra nġabet vettura tat-tifi tan-nar speċjalizzata li tinsab stazzjonata Malta. Għal xi ħin ukoll kien hemm tug boat li għenet f’din il-ħidma.